28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/23


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2018 – Galletas Gullón vs EUIPO – Intercontinental Great Brands (gullón TWINS COOKIE SANDWICH)

(Kawża T-677/18)

(2019/C 35/29)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Galletas Gullón, SA (Aguilar de Campoo, Spanja) (rappreżentanti: S. Martínez-Almeida y Alejos-Pita, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Intercontinental Great Brands LLC (East Hanover, New Jersey, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea gullón TWINS COOKIE SANDWICH – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 877 543

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 2378/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut u, jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti, għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u għal dawk sostnuti fil-kuntest tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.