26.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 427/98


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2018 – Wywiał-Prząda vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-592/18)

(2018/C 427/129)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Katarzyna Wywiał-Prząda (Wezembeek-Oppem, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

Tiddikjara u tiddeċiedi,

id-deċiżjoni tat-23 ta’ Novembru 2017 li tiċħadilha l-allowance tal-espatrijazzjoni hija annullata;

il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, imqajjem b’mod prinċipali, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, kif interpretat mis-sentenza tal-21 ta’ Ġunju 2007, Il-Kummissjoni vs Hosman-Chevalier (C-424/05 P, EU:C:2007:367), minħabba li l-perijodu li matulu kienet residenti fil-Belġju matul il-perijodu ta’ riferiment taħt status diplomatiku huwa ekwivalenti għal sitwazzjoni “li [tinħoloq] minn xogħol li sar fi Stat ieħor jew għal organizzazzjoni internazzjonali”.

2.

It-tieni motiv, imqajjem b’mod sussidjarju, fil-każ li dan il-perijodu ma jistax jiġi nnewtralizzat, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, għall-motiv li għandu jiġi kkunsidrat, fi kwalunkwe każ li, matul il-perijodu ta’ riferiment, hija ma kellhiex ir-rieda li tagħti lill-preżenza tagħha fil-Belġju, marbuta b’mod inseparabbli mal-missjoni diplomatika ta’ żewġha, in-natura stabbli inerenti għall-kunċett ta’ residenza abitwali.