5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/51


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2018 – Wanda Films u Wanda Visión vs EUIPO – Dalian Wanda Group Co. (wanda films)

(Kawża T-542/18)

(2018/C 399/65)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wanda Films, SL (Pozuelo de Alarcón, Spanja) u Wanda Visión, SA (Pozuelo de Alarcón) (rappreżentant: C. Planas Silva, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dalian Wanda Group Co. Ltd (Dalian, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: Wanda Films, SL

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni wanda films – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 902 994

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Lulju 2018 fil-Każ R 829/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ dan ir-rikors, l-argumenti u d-dokumenti (inklużi dawk ippreżentati ma dan ir-rikors u dawk ippreżentati mir-rikorrent fl-istadju tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u ta’ appell;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tadotta deċiżjoni li taċċetta r-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva mitluba mir-rikorrent f’dan ir-rikors.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (EU) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.