12.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 408/55


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2018 – XI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-528/18)

(2018/C 408/72)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: XI (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Mejju 2018 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti sa fejn hija fiha informazzjoni ta’ natura medika;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas ta’ danni evalwati ex aequo et bono għal EUR 5 000 bħala kumpens għad-dannu morali sostnut;

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll tal-ksur tal-obbligu ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ premura, sa fejn id-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tar-rikorrenti tiżvela informazzjoni medika, li barra minn hekk tkun manifestament żbaljata.