1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/44


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2018 – Zhadanov vs EUIPO (Scanner Pro)

(Kawża T-492/18)

(2018/C 352/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Igor Zhadanov (Odessa, l-Ukraina) (rappreżentant: P. Olson, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Scanner Pro” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 257 727

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 1812/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tirreġistra t-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni Nru 16 257 727 għal prodotti fil-Klassijiet 9 u 42;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009.