8.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/19


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2018 – XF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-482/18)

(2018/C 364/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: XF (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-2 ta’ Ottubru 2017 li tirrifjutalu l-benefiċċju tal- allowance tal-installazzjoni fl-okkażjoni taċ-ċaqliq tiegħu u tal-bidu tal-funzjonijiet tiegħu fis-sede tas-SEAE.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka motiv uniku, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 20 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 5 tal-Anness VII tiegħu.