1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/39


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2018 – Biasotto vs EUIPO – OOFOS (OO)

(Kawża T-454/18)

(2018/C 352/46)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Alessandro Biasotto (Treviso, l-Italja) (rappreżentanti: F. le Divelec Lemmi, R. Castiglioni u E. Cammareri, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: OOFOS LLC (Reno, Nevada, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea OO – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 961 791

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 1281/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ dan ir-rikors fl-intier tiegħu

tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni kkontestata, billi tikkonferma, essenzjalment, il-konklużjoni li wasal għaliha l-EUIPO fid-deċiżjoni tiegħu tas-17 ta’ Mejju 2017 f’dak li jirrigwarda l-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 2683558 u, konsegwentement, tippermetti r-reġistrazzjoni tal-Applikazzjoni għal TMUE Nru 14 961 791 fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi kollha indikati fiha fil-klassijiet 18, 25 u 35;

tikkundanna lill-intervenjent għall-ispejjeż kollha sostnuti mhux biss fil-kuntest ta’ din il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali iżda anki dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u ta’ appell quddiem l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.