17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/53


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2018 – Sintokogio vs EUIPO (ProAssist)

(Kawża T-439/18)

(2018/C 328/72)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sintokogio Ltd (Nagoya, il-Ġappun) (rappreżentanti: V. Dalichau, S. Kirschstein-Freund, B. Breitinger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali ProAssist – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 327 746

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 2341/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata f’dak li jirrigwarda l-parti li tindika l-Unjoni Ewropea tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1327746;

sussidjarjament, tbiddel id-deċiżjoni kkontestata f’dak li jirrigwarda l-parti li tindika l-Unjoni Ewropea tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1327746;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedimenti tal-appell u tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba, Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.