10.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/23


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2018 – Palo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-432/18)

(2018/C 319/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Peeter Palo (Tallinn, l-Estonja) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Ottubru 2017 li ma tagħtix lir-rikorrent l-allowance temporanju previst taħt l-Artikolu 12(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ April 2018 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tal-11 ta’ Diċembru 2017 kontra d-deċiżjoni msemmija hawn fuq;

tordna lill-Kummissjoni tikkumpensa lir-rikorrent għad-danni materjali subiti minnu;

tordna lill-Kummissjoni tikkumpensa lir-rikorrent għad-danni morali subiti minnu;

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 12(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u d-dmir ta’ premura.