10.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/20


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2018 – McDreams Hotel vs EUIPO – McDonald’s International Property (mc dreams hotels Träumen zum kleinen Preis!)

(Kawża T-428/18)

(2018/C 319/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: McDreams Hotel GmbH (Feldkirchen, il-Ġermanja)(rappreżentanti: S. Schenk, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: McDonald’s International Property Co. Ltd (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea mc dreams hotels Träumen zum kleinen Preis! – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 47 35 435

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ April 2018 fil-Każ R 972/2017-2.

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.