201808030702050842018/C 294/734042018TC29420180820MT01MTINFO_JUDICIAL20180702595911

Kawża T-404/18: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2018 – Zhadanov vs EUIPO (PDF Expert)


C2942018MT5910120180702MT0073591591

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2018 – Zhadanov vs EUIPO (PDF Expert)

(Kawża T-404/18)

2018/C 294/73Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Igor Zhadanov (Odessa, l-Ukrajna) (rappreżentant: P. Olson, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni PDF expert – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 257 735

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ April 2018 fil-Każ R 1813/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tirreġistra l-applikazzjoni għat-trade matk tal-Unjoni Ewropea Nru 16 257 735 għall-prodotti li ġejjin: “software tal-applikazzjonijiet tal-informatika għall-kompjuters personali, telefons mobbli u prodotti elettroniċi mobbli oħrajn, b’mod partikolari, software għall-wiri, l-editjar u l-amministrazzjoni ta’ dokumenti PDF”;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

il-Bord tal-Appell wettaq żball billi ma rrikonoxxiex in-natura partikolari tal-prodotti li saret applikazzjoni għalihom;

il-Bord tal-Appell wettaq żball fl-evalwazzjoni tal-provi meta kkonkluda li t-trade mark li saret applikazzjoni għaliha ma kellhiex karattru distintiv miksub permezz tal-użu.