10.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/16


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2018 – Colombani vs SEAE

(Kawża T-372/18)

(2018/C 319/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-Marc Colombani (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara u tiddeċiedi li,

id-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-Baġit u tal-Amministrazzjoni tas-SEAE tad-9 ta’ Novembru 2017 (ADMIN(2017)21) li tistabbilixxi l-lista ta’ uffiċjali promossi għall-proċedura ta’ promozzjoni 2017 hija annullata sa fejn hija ma tinkludix isem ir-rikorrent;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni applikati mis-SEAE fil-proċedura ta’ promozzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas amministrattiv, l-assenza tal-osservanza tal-proċedura qabel l-adozzjoni tal-lista tal-uffiċjali proposti għal promozzjoni u inugwaljanza fit-trattament.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni tas-SEAE tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-merti tar-rikorrent u fuq inugwaljanza fit-trattament fl-evalwazzjoni tal-kriterju ta’ anzjanità.