201807130662003792018/C 268/573572018TC26820180730MT01MTINFO_JUDICIAL20180608474821

Kawża T-357/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2018 – Luz Saúde vs EUIPO – Clínica La Luz (HOSPITAL DA LUZ)


C2682018MT4710120180608MT0057471482

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2018 – Luz Saúde vs EUIPO – Clínica La Luz (HOSPITAL DA LUZ)

(Kawża T-357/18)

2018/C 268/57Lingwa tar-rikors: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Luz Saúde SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: G. Gentil Anastácio, u P. Guerra e Andrade, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Clínica La Luz, SL (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea HOSPITAL DA LUZ – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 791 495

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ April 2018 fil-Każ R 2084/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata li ċaħdet parzjalment ir-reġistrazzjoni tat-trade mark tar-rikorrenti li hija s-suġġett tal-proċedimenti inkwistjoni, tbiddilha u tippermetti r-reġistrazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.