201807130732004372018/C 268/563562018TC26820180730MT01MTINFO_JUDICIAL20180607464721

Kawża T-356/18: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2018 – Volvo Trademark vs EUIPO – Paalupaikka (V V-wheels)


C2682018MT4610120180607MT0056461472

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2018 – Volvo Trademark vs EUIPO – Paalupaikka (V V-wheels)

(Kawża T-356/18)

2018/C 268/56Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Volvo Trademark Holding AB (Göteborg, l-Isvezja) (rappreżentanti: T. Dolde, lawyer u M. Hawkins, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Paalupaikka Oy (Iisalmi, il-Finlandja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva “V V-WHEELS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 439 053

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 1852/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż flimkien ma’ dawk imġarrba fil-kuntest tal-proċeduri quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u r-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001.