201807060681994312018/C 259/603202018TC25920180723MT01MTINFO_JUDICIAL20180522454621

Kawża T-320/18: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2018 – WD vs EFSA


C2592018MT4510120180522MT0060451462

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2018 – WD vs EFSA

(Kawża T-320/18)

2018/C 259/60Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: WD (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat

konsegwentement,

tannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ Lulju 2017 meħuda mid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà (EFSA) fl-Ikel bħala awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ (AHCC), li minnha jirriżulta li r-rikorrenti ma tidhirx fost il-membri tal-persunal promossi abbażi tal-proċedura ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tal-2017;

tannulla d-deċiżjoni tal-AHCC tad-9 ta’ Frar 2018 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tal-10 ta’ Ottubru 2017 kontra din id-deċiżjoni tal-14 ta’ Lulju 2017;

tannulla d-deċiżjoni datata tad-9 ta’ Awwissu 2017 (u nnotifikata fl-10 ta’ Awwissu 2017) meħuda mid-Direttur Eżekuttiv tal-EFSA bħala AHCC, li jirrigwarda n-nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti;

tannulla d-deċiżjoni tal-AHCC tat-12 ta’ Marzu 2018 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tal-10 ta’ Novembru 2017 kontra d-deċiżjoni tad-9 ta’ Awwissu 2017;

tagħti kumpens għad-danni subiti;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, huwa ibbażat fuq l-ksur tad-deċiżjoni tat-8 ta’ Diċembru 2012“Employment contract management” adottata mill-EFSA.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tad-tad-drittijiet tad-difiża u, b’mod partikolari, tad-dritt għal smigħ.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dmir ta’ premura u tal-“Work instruction” dwar il-“Contract of Employment renewal process” adottat mill-EFSA.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u ta’ użu ħażin ta’ poter.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.

7.

Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-“Work instructions” u tad-dmir ta’ premura.

Ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku, f’dak li jirrigwarda d-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ promozzjoni, ibbażat fuq il-ksur tad-deċiżjoni tat-22 ta’ April 2008“Career of temporary staff and assignment to a post carrying a higher grade than that at which they were engaged”, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni kif ukoll fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.