201806220471970572018/C 240/633052018TC24020180709MT01MTINFO_JUDICIAL20180516545411

Kawża T-305/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2018 – Klyuyev vs Il-Kunsill


C2402018MT5410120180516MT0063541541

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2018 – Klyuyev vs Il-Kunsill

(Kawża T-305/18)

2018/C 240/63Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Andriy Klyuyev (Donetsk, l-Ukrajna) (rappreżentanti: B. Kennelly, QC, J. Pobjoy, Barrister, R Gherson u T. Garner, Solicitors)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/333 tal-5 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2018, L 63, p. 48), u

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/326 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2018, L 63, p. 5),

sa fejn dawn il-miżuri jikkonċernaw lir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill wettaq żbalji ta’ evalwazzjoni meta kkunsidra li l-kriterju għall-inklużjoni tar-rikorrent fl-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni kkontestata u fl-Artikolu 3(1) tar-regolament ikkontestat huwa ssodisfatt.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tar-rikorrent skont l-Artikolu 6, moqri flimkien mal-Artikoli 2 u 3 TUE, u l-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea minħabba li l-Kunsill assuma li t-trattament tar-rikorrent fl-Ukraina huwa konformi mad-drittijiet fundamentali tal-bniedem.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent u d-dritt għal amministrazzjoni tajba u protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser, mingħajr ġustifikazzjoni jew proporzjon, id-drittijiet tar-rikorrent għal proprjetà u reputazzjoni.