201806220621970612018/C 240/592732018TC24020180709MT01MTINFO_JUDICIAL20180430515111

Kawża T-273/18: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2018 – Bernaldo de Quirós vs Il-Kummissjoni


C2402018MT5110120180430MT0059511511

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2018 – Bernaldo de Quirós vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-273/18)

2018/C 240/59Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Belén Bernaldo de Quirós (Brussell, il-Belgju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors bħala ammissibbli u fondat;

konsegwentement,

tannulla d-deċiżjoni tas-6 ta’ Lulju 2017;

tiddikjara l-annullament, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjoni tal-31 ta’ Jannar 2017 ta’ ċaħda tal-ilment;

tordna l-kumpens għad-danni morali tar-rikorrenti li jirriżultaw minn dawn id-deċiżjonijiet, stmati, pjuttost simbolikament, fis-somma ta’ EUR 1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-mandat mogħti lill-Uffiċċju tal-Investigazzjoni u d-Dixxiplina fir-rigward tal-investigazzjoni amministrattiva kontra r-rikorrenti, kif ukoll il-ksur tal-prinċipji tal-imparzjalità u ta’ amministrazzjoni tajba.

2.

It-tieni motiv ibbażat, minn naħa, fuq il-ksur tal-prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża u ksur tal-Artikolu 3 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, u, min-naħa l-oħra, fuq ksur tal-prinċipju ta’ oppurtunitajiet ugwali għall-partijiet waqt is-smigħ tar-rikorrenti abbażi tal-Artikolu 22 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni.