201806080311931532018/C 221/432722018TC22120180625MT01MTINFO_JUDICIAL20180427363722

Kawża T-272/18: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2018 – EBM Technologies vs EUIPO (MobiPACS)


C2212018MT3620120180427MT0043362372

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2018 – EBM Technologies vs EUIPO (MobiPACS)

(Kawża T-272/18)

2018/C 221/43Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: EBM Technologies (Tajpei, it-Tajwan) (rappreżentanti: J. Liesegang, M. Jost, N. Lang, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “MobiPACS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 400 061

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Frar 2018 fil-Każ R 2145/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 42(1) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.