201806150531955352018/C 231/502712018TC23120180702MT01MTINFO_JUDICIAL20180503394021

Kawża T-271/18: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2018 – Mauritsch vs INEA


C2312018MT3910120180503MT0050391402

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2018 – Mauritsch vs INEA

(Kawża T-271/18)

2018/C 231/50Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Walter Mauritsch (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, avukati)

Konvenuta: L- Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, l-ewwel nett, id-deċiżjoni tal-konvenuta tal-24 ta’ Jannar 2018, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tal-4 ta’ Ottubru 2017, u, it-tieni nett, id-deċiżjoni tagħha tat-2 ta’ Awwissu 2017, li tiċħad it-talba għal kumpens tar-rikorrent, magħmula fl-10 ta’ April 2017;

tordna lill-konvenuta tikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu materjali li huwa allegatament ġarrab b’riżultat tal-ħtija tal-konvenuta, li jammonta għat-telf għad-dritt tiegħu għall-allowances tal-qagħad għal perijodu massimu ta’ tliet snin, miżjud bir-rata rilevanti ta’ interessi; u

tikkundanna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta naqset milli tipprovdih b’informazzjoni tajba u ċara dwar id-drittijiet tiegħu tas-sigurtà soċjali fil-każ li huwa jirrifjuta li jiffirma t-tiġdid tal-kuntratt. Ir-rikorrent isostni li huwa ma kienx f’pożizzjoni li jkun jaf li r-rifjut tiegħu li jiffirma l-kuntratt kien ser jiġi ttrattat bħala riżenja. Għaldaqstant, ir-rikorrent ġie mċaħħad minn informazzjoni u l-konvenuta kisret id-dmir tagħha ta’ diliġenza u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.