201806150501954992018/C 231/492692018TC23120180702MT01MTINFO_JUDICIAL20180502383922

Kawża T-269/18: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2018 – Inditex vs EUIPO – Ffauf (ZARA)


C2312018MT3820120180502MT0049382392

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2018 – Inditex vs EUIPO – Ffauf (ZARA)

(Kawża T-269/18)

2018/C 231/49Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Industria de Diseño Textil, SA (Inditex) (Arteixo, Spanja) (rappreżentanti: G. Macías Bonilla, G. Marín Raigal u E. Armero Lavie, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ffauf SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “ZARA” Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 929 952

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Frar 2018 fil-Każijiet magħquda R 359/2015-5 u R 409/2015-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn, billi ċaħdet l-appell tar-rikorrenti u laqgħet parzjalment dak tal-intervenjenti, din ċaħdet l-applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ZARA Nru 8 929 952 għall-prodotti u servizzi sussegwenti: Klassi 29 – frott u ħaxix, ippreżervat, iffriżat, imnixxef u msajjar, ġeli, ġammijiet, compotes, prodotti tal-ħalib, żjut u xaħmijiet għall-ikel; Klassi 30 – ross, tapjoka, sagu, dqiq u preparazzjonijiet magħmulin minn ċereali, ħobż, għaġina tal-kejk u ħelu, ħmira, trab tal-ħami, melħ, mustarda, ħall, zlazi (kondimenti), ħwawar, ikliet ħfief ibbażati fuq ir-ross; Klassi 31 – ħaxix frisk; Klassi 32 – meraq frisk; Klassi 35 – servizzi ta’ bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa fil-ħwienet, permezz ta’ netwerks informatiċi globali, permezz ta’ katalgi, permezz tal-posta, permezz tat-telefon, permezz tar-radju u tat-televiżjoni, u permezz ta’ mezzi elettroniċi oħra ta’ ħaxix, ippreżervat, iffriżat, imnixxef u msajjar, żjut għall-ikel, ross, dqiq u preparazzjonijiet magħmulin minn ċereali, ħobż, ħall, zlazi (kondimenti); Klassi 43 – Provvista ta’ ikel u xorb, ristoranti fejn wieħed jinqeda waħdu, kafetteriji;

tikkundanna lill-EUIPO u, jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti (Ffauf SA) għall-ispejjeż ta’ dan ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-opponenti, FFAUF, S.A. għall-ispejjeż tal-appelli R 359/2015-5 u R 409/2015-5 quddiem il-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 15(1) u 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 u tar-Regola 22(2) u (3) tar-Regolament Nru 2868/95.

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.