201806150561955272018/C 231/442612018TC23120180702MT01MTINFO_JUDICIAL20180426353511

Kawża T-261/18: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2018 – Roxtec vs EUIPO – Wallmax (Rappreżentazzjoni ta’ kwadru iswed li jinkludi seba’ ċrieki konċentriċi)


C2312018MT3510120180426MT0044351351

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2018 – Roxtec vs EUIPO – Wallmax (Rappreżentazzjoni ta’ kwadru iswed li jinkludi seba’ ċrieki konċentriċi)

(Kawża T-261/18)

2018/C 231/44Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Roxtec AB (Karlskrona, l-Iżvezja) (rappreżentanti: J. Olsson u J. Adamsson, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wallmax Srl (Milano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta kwadru iswed li jinkludi seba’ ċrieki konċentriċi – Trade mark tal-Unjoni Nru 14 338 735

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 940/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti kemm fil-proċeduri odjerni kif ukoll fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(e)(ii) tar-Regolament Nru 2017/1001;