201806150881955092018/C 231/402442018TC23120180702MT01MTINFO_JUDICIAL20180420313222

Kawża T-244/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2018 – Synergy Hellas vs Il-Kummissjoni


C2312018MT3120120180420MT0040312322

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2018 – Synergy Hellas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-244/18)

2018/C 231/40Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: d.d. Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: K. Damis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ bħala ammissibbli r-rikors;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2018) 1115 final tad-19 ta’ Frar 2018 dwar l-irkupru tas-somma ta’ EUR 76282,08, flimkien mal-interessi, minn “d.d.Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis”, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 85 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) 2345/2002 ( 1 ):

huwa kuntrarju għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu r-rifjut tal-Kummissjoni li tilqa’ t-talba leġittima għal proroga tat-terminu ta’ ħlas, anki jekk 73 % tal-kapital kien ġà ġie rrimborsat, bl-interessi kollha, u saret ukoll il-garanzija mitluba mill-Kummissjoni għall-ammont kollu inizjalment dovut flimkien mal-interessi;

hija infodata l-motivazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-legalità sostantzjali tal-att ikkontestat;

il-Kummissjoni naqset mill-obbligu tagħha li tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni kkontestata.

2

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur u/jew fuq l-abbuż tas-setgħa diskrezzjonali u fuq ksur tal-prinċipju ta’ “amministrazzjoni tajba”.

il-Kummissjoni qabżet il-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tagħha meta adottat id-deċiżjoni kkontestata u injorat id-data essenzjali li ppreżentatilha r-rikorrenti u adottat soluzzjonijiet li jistgħu jwasslu sabiex din tal-aħħar tispiċċa.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex miżura neċessarja sabiex jintlaħaq l-għan imfittex, peress li r-rikorrenti tibqa’ tħallas, timponi piż sproporzjonat fuq din tal-aħħar u thedded l-eżistenza tagħha stess.


( 1 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145).