4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/41


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2018 – Biolatte vs EUIPO (Biolatte)

(Kawża T-229/18)

(2018/C 190/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Biolatte Oy (Turku, il-Finlandja) (rappreżentant: J. Ikonen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Biolatte” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 759 319

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Frar 2018 fil-Każ R 351/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

tordna r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali skont l-applikazzjoni ta’ Biolatte Oy ippreżentata fis-17 ta’ Awwissu 2016 (kif emendata fit-28 ta’ Ottubru 2016).

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/1001.