4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/38


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2018 – Torrefazione Caffè Michele Battista vs EUIPO – Battista Nino Caffè (BATTISTINO)

(Kawża T-221/18)

(2018/C 190/62)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Torrefazione Caffè Michele Battista Srl (Triggiano, l-Italja) (rappreżentanti: V. Franchini, F. Paesan u R. Bia, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Battista Nino Caffè Srl (Triggiano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea BATTISTINO – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 070 313 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 402/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u konsegwentement tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark ikkontestata; u

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura u għall-ispejjeż taż-żewġ proċedimenti preċedenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO u l-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 64(2), tal-Artikolu 60(1)(a) u tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001.