14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/46


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2018 – Porsche vs EUIPO – Autec (karozzi)

(Kawża T-210/18)

(2018/C 166/59)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Klawitter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Autec AG (Nürnberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

Disinn kontenzjuż: id-disinn Komunitarju Nru 198387-0001

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 941/2016-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn Komunitarju kkontestat Nru 198387-0001.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002.