7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/65


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Boshab vs Il-Kunsill

(Kawża T-171/18)

(2018/C 161/79)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Évariste Boshab (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2282 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 8 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u fin-Nru 8 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2016/2231/PESK u 2b(1)(b) tar-Regolament Nru 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-163/18, Amisi Kumba vs Il-Kunsill.