7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/57


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – Crédit Agricole et vs BĊE

(Kawża T-144/18)

(2018/C 161/65)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Crédit Agricole SA (Montrouge, Franza) u 69 rikorrenti oħra (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u P. Kupka, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 9 tad-deċiżjoni tal-BĊE Nru ECB/SSM/2017 – 969500TJ5KRTCJQWXH05/380 tad-19 ta’ Diċembru 2017 u l-Artikolu 3 tal-Anness A tiegħu, sa fejn dawn jistabbilixxu miżuri li għandhom jiġu adottati fuq l-impenji ta’ ħlas irrevokabbli fir-rigward tas-sistema ta’ garanzija tad-depożiti jew il-fondi ta’ riżoluzzjoni;

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-143/18, Societé générale vs BĊE.