23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/66


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2018 – IQ Group Holdings Berhad vs EUIPO – Krinner Innovation (Lumiqs)

(Kawża T-133/18)

(2018/C 142/85)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: IQ Group Holdings Berhad (Heckmondwike, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Carter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Krinner Innovation GmbH (Straßkirchen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea Lumiqs – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 220 053 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 983/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tawtorizza lir-rikorrenti tipproċedi bir-reġistrazzjoni fir-rigward tal-prodotti kkontestati kif emendata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 2017/1001