30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/43


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2018 – Miles-Bramwell Executive Services vs EUIPO (FREE)

(Kawża T-114/18)

(2018/C 152/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Miles-Bramwell Executive Services Ltd (Alfreton, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Mellor, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “FREE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 081 508

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 2166/2016-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 2017/1001.