16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/37


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2018 – Deray vs EUIPO – Charles Claire (LILI LA TIGRESSE)

(Kawża T-105/18)

(2018/C 134/53)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: André Deray (Bry-sur-Marne, Franza) (rappreżentant: S. Santos Rodríguez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Charles Claire LLP (Weybridge Surrey, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “LILI LA TIGRESSE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 015 064 462

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1244/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Charles Claire LLP għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti għall-finijiet tal-proċedura amministrattiva quddiem l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.