26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/47


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 – Visi/one vs EUIPO – EasyFix (Displays tal-informazzjoni għal vetturi)

(Kawża T-74/18)

(2018/C 112/59)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Visi/one GmbH (Remscheid, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Bourree u M. Bartz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: EasyFix GmbH (Vjenna, l-Awstrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn Komunitarju Nru 1391114-0001

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1424/2016-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002.