12.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/29


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2018 – easyJet Airline vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-8/18)

(2018/C 094/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: easyJet Airline Co. Ltd (Luton, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Willis, Solicitor, u E. Bourtzalas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (EU) 2017/1861 (1) kollha kemm hi u, fi kwalunkwe każ, sa fejn l-allegata għajnuna mill-Istat illegali mogħtija lir-rikorrenti hija kkonċernata; u

tordna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn żball manifest ta’ evalwazzjoni ta’ fatt u ta’ liġi fir-rigward tal-konklużjonijiet li l-operaturi tal-ajruport aġixxew sempliċement bħala “intermedjarji” tar-reġjun ta’ Sardegna, u għaldaqstant il-finanzjament li huma pprovdew lir-rikorrenti kien jinvolvi riżorsi tal-Istat u kien imputabbli lill-Istat.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball manifest ta’ evalwazzjoni ta’ fatt u ta’ liġi fir-rigward tal-konklużjoni li l-finanzjament ipprovdut lir-rikorrenti mill-operaturi tal-ajruport ta vantaġġ indebitu lir-rikorrenti u, b’mod partikolari, fir-rigward tal-konklużjoni li l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat il-prinċipju ta’ operatur f’ekonomija tas-suq.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball manifest ta’ evalwazzjoni ta’ fatt u ta’ liġi fir-rigward tal-konklużjoni li l-finanzjament tal-kumpanniji tal-ajru kkonċernati joħloq distorsjoni jew jhedded li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball manifest ta’ evalwazzjoni ta’ fatt u ta’ liġi fir-rigward tal-konklużjoni li l-allegata għajnuna li l-Kummissjoni kkonstatat li ngħatat lir-rikorrenti ma setgħetx tkun approvata bħala li hija kumpatibbli mas-suq intern taħt waħda mid-derogi li jinsabu fl-Artikolu 107(3) TFEU.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball manifest ta’ evalwazzjoni ta’ fatt u ta’ liġi sa fejn il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ ċertezza legali, peress li r-rikorrenti kellha aspettattivi leġittimi li l-arranġamenti tagħha mal-operaturi tal-ajruport ma kinux jinvolvu għajnuna mill-Istat.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata b’motivazzjoni insuffiċjenti fir-rigward kemm: (a) tal-konklużjoni li l-operaturi tal-ajruport aġixxew sempliċement bħala “intermedjarji” tar-reġjun ta’ Sardegna u li għaldaqstant il-finanzjament li huma pprovdew lir-rikorrenti kien jinvolvi riżorsi tal-Istat u kien imputabbli lill-Istat; kif ukoll (b) tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ operatur f’ekonomija tas-suq bl-għan li jiġi stabbilit li r-rikorrenti bbenefikat minn vantaġġ indebitu.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1861 tad-29 ta’ Lulju 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA33983 (2013/C) (ex 2012/NN) (ex 2011/N) — l-Italja — Kumpens lill-ajruporti ta’ Sardinja għall-obbligi ta’ servizz pubbliku (SIEĠ) (ĠU 2017 L 268, p. 1).