11.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Diċembru 2018 – Informatikgesellschaft für Software-Entwicklung (ISE) mbH vs Stadt Köln

(Kawża C-796/18)

(2019/C 93/40)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Informatikgesellschaft für Software-Entwicklung (ISE) mbH

Konvenut: Stadt Köln

Parti fil-proċedura: Land Berlin

Domandi preliminari

1)

It-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ softwer, minn amministrazzjoni pubblika lil amministrazzjoni pubblika oħra, miftiehem bil-miktub u marbut ma’ ftehim ta’ kooperazzjoni jikkostitwixxi “kuntratt pubbliku” fis-sens tal-Artikolu 2(1)(5) tad-Direttiva 2014/24/UE (1) jew kuntratt li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva fis-sens tal-Artikolu 12(4) tad-Direttiva – minn tal-inqas inizjalment, bla ħsara għall-Artikolu 12(4)(a) sa (c) – meta, minkejja li l-amministrazzjoni li tkun id-destinatarja tas-softwer ma tkunx marbuta tħallas prezz jew tirrimborsa l-kost tas-softwer, il-ftehim ta’ kooperazzjoni marbut mat-tqegħid għad-dispożizzjoni jkun jipprovdi li kull parti fil-ftehim ta’ kooperazzjoni – u għaldaqstant anki d-destinatarju tas-softwer – tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-oħrajn, mingħajr ħlas, l-iżviluppi ta’ softwer tagħha stess li hija tista’ toħloq fil-futur, mingħajr obbligu f’dan ir-rigward?

Esklużivament fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

2)

Konformement mal-Artikolu 12(4)(a) tad-Direttiva 2014/24/UE, il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti għandha jkollha bħala suġġett is-servizzi pubbliċi li għandhom jiġu pprovduti konġuntament bħala tali liċ-ċittadin, jew huwa biżżejjed li l-kooperazzjoni tirrigwarda attivitajiet li jikkontribwixxu b’xi mod għas-servizzi pubbliċi li għandhom jiġu pprovduti bl-istess mod iżda mhux neċessarjament ipprovduti konġuntament?

3)

Projbizzjoni mhux bil-miktub ta’ trattament iktar favorevoli tapplika fil-kuntest tal-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24/UE, u jekk iva, b’liema kontenut?


(1)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68).