10.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/12


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-642/18)

(2018/C 445/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán, E. Sanfrutos Cano u F. Thiran, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara, konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

li, billi ma adottax il-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart konformement mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (1), u billi ma wettaqx reviżjoni tal-imsemmija pjanijiet kif previst mill-imsemmija direttiva, fir-rigward tal-komunitajiet awtonomi ta’ Aragón, tal-Islas Baleares, tal-Islas Canarias u ta’ Madrid, u tal-belt awtonoma ta’ Ceuta, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2008/98/KE, u

li, billi ma informax uffiċjalment lill-Kummissjoni bl-adozzjoni u bir-reviżjoni tal-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart fir-rigward tal-komunitajiet awtonomi ta’ Aragón, tal-Islas Baleares, tal-Islas Canarias u ta’ Madrid, u tal-belt awtonoma ta’ Ceuta, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 33(1) tad-Direttiva 2008/98/KE.

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-artikoli u l-paragrafi msemmija iktar ’il fuq tad-Direttiva 2008/98/KE peress li ma adottax il-miżuri meħtieġa qabel l-14 ta’ Settembru 2017, li huwa t-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata tagħha tal-14 ta’ Lulju 2017.


(1)  ĠU 2008 L 312, p. 3