3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (ir-Renju Unit) fl-20 ta’ Awwissu 2018 – HM Revenue & Customs vs HD

(Kawża C-544/18)

(2018/C 436/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: HM Revenue & Customs

Konvenuta: HD

Domanda preliminari

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li tali persuna, li tieqaf taħdem għal rasha minħabba l-limitazzjonijiet fiżiċi fl-istadji avvanzati tat-tqala u fiż-żmien ta’ wara t-twelid, iżżomm l-istatus ta’ ħaddiem li jaħdem għal rasu, fis-sens ta’ dan l-artikolu, bil-kundizzjoni li terġa’ tibda twettaq attività ekonomika jew tfittex impjieg f’terminu raġonevoli wara t-twelid tal-wild tagħha?