8.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-30 ta’ Lulju 2018 – COPEBI SCA vs Établissement national des produits de l'agriculture et de la mer (FranceAgriMer)

(Kawża C-505/18)

(2018/C 364/06)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: COPEBI SCA

Konvenut: Établissement national des produits de l'agriculture et de la mer (FranceAgriMer)

Parti oħra fil-proċedura: Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation

Domanda preliminari

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/402/KE tat-28 ta’ Jannar 2009 dwar il-“pjanijiet ta’ kontinġenza” fis-settur tal-frott u l-ħaxix implimentati minn Franza (C 29/05 (ex NN 57/05)) (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri l-għajnuna mħallsa mill-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes et de l’horticulture (l-Uffiċċju Nazzjonali Interprofessjonali tal-Frott, tal-Ħaxix u tal-Ortikultura) (iktar ’il quddiem l-“ONIFLHOR”) lill-Comité économique agricole du bigarreau d’industrie (il-Kumitat Ekonomiku Agrikolu taċ-Ċirasa għal Finijiet Industrijali) (iktar ’il quddiem iċ-“CEBI”) u attribwita lill-produtturi ta’ ċirasa għal finijiet industrijali mill-gruppi ta’ produtturi membri ta’ dan il-kumitat, minkejja li ċ-CEBI ma huwiex inkluż fost it-tmien kumitati ekonomiċi agrikoli msemmija fil-punt 15 tad-deċiżjoni u minkejja li l-għajnuna inkwistjoni, b’inkongruwenza mal-mekkaniżmu ta’ finanzjament deskritt fil-punti 24 sa 28 ta’ din id-deċiżjoni, kienet iffinanzjata biss minn sussidji tal-ONIFLHOR u mhux ukoll minn kontribuzzjonijiet volontarji mill-produtturi, imsejħa partijiet professjonali?


(1)  ĠU L 127, p. 11.