17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/29


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-481/18)

(2018/C 328/38)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Szmytkowska, C. Sjödin, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/39/UE tas-26 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 2006/17/KE rigward ċerti rekwiżiti tekniċi għall-ittestjar tat-tessuti u taċ-ċelluli umani (1) jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx id-dispożizzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2012/39/UE;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2012/39/UE, l-Istati Membri għandhom jadottaw, mhux iktar tard mis-17 ta’ Ġunju 2014, il-miżuri nazzjonali neċessarji sabiex id-dritt intern tagħhom ikun konformi mal-obbligi li jirriżultaw minn din id-direttiva. Peress li r-Repubblika Taljana ma adottatx jew ma kkomunikatx lill-Kummissjoni il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, il-Kummissjoni ddeċidiet li tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  ĠU 2012, L 327, p. 24.