201808030122050382018/C 294/504032018CJC29420180820MT01MTINFO_JUDICIAL20180614373711

Kawża C-403/18 P: Appell ippreżentat fl-14 ta Ġunju 2018 minn Alcogroup u Alcodis mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-10 ta’ April 2018 fil-Kawża T-274/14, Alcogroup u Alcodis vs Il-Kummissjoni


C2942018MT3710120180614MT0050371371

Appell ippreżentat fl-14 ta Ġunju 2018 minn Alcogroup u Alcodis mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-10 ta’ April 2018 fil-Kawża T-274/14, Alcogroup u Alcodis vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-403/18 P)

2018/C 294/50Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Alcogroup, Alcodis (rappreżentanti: P. de Bandt, J. Dewispelaere, J. Probst, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Orde van Vlaamse Balies, Ordre des barreaux francophones et germanophone, Ordre français des avocats du barreau de Bruxelles

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fl-10 ta’ April 2018 fil-Kawża T-274/15;

tiddikjara l-appell kontra ż-żewġ deċiżjonijiet appellati ammissibbli;

tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tingħata deċiżjoni fuq il-mertu fuq ir-rikors għal annullament

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha ta’ din il-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi u kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni;

It-tieni aggravju: il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-appellanti għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.