201808030192050472018/C 294/393812018CJC29420180820MT01MTINFO_JUDICIAL20180611282922

Kawża C-381/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Ġunju 2018 – G.S., parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid


C2942018MT2820120180611MT0039282292

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Ġunju 2018 – G.S., parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

(Kawża C-381/18)

2018/C 294/39Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: G. S.

Parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2003/86/KE ( 1 ) għandu jiġi interpretat fis-sens li d-deċiżjoni li tirtira jew li tirrifjuta t-tiġdid ta’ permess ta’ residenza ta’ membru tal-familja għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku għandha tkun immotivata mill-fatt li l-aġir personali tal-membru tal-familja kkonċernat jikkostitwixxi theddida reali, attwali u suffiċjentement serja li taffettwa wieħed mill-interessi fundamentali tas-soċjetà?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, liema huma l-kundizzjonijiet ta’ motivazzjoni li japplikaw, skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2003/86, għad-deċiżjoni li tirtira jew li tirrifjuta t-tiġdid ta’ permess ta’ residenza ta’ membru tal-familja għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku?

L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2003/86 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prattika nazzjonali li permezz tagħha permess ta’ residenza ta’ membru tal-familja jista’ jiġi rtirat jew l-applikazzjoni għat-tiġdid ta’ dan il-permess tista’ tiġi miċħuda għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku jekk il-piena jew il-miżura li għaliha l-membru tal-familja kkonċernat jiġi kkundannat hija twila biżżejjed meta mqabbel mat-tul tar-residenza regolari tiegħu fil-Pajjiżi l-Baxxi (“skala mobbli”), meta jitwettaq ibbilanċjar tal-interessi, konformement mal-kriterji identifikati mill-Qorti EDB fis-sentenzi tat-2 ta’ Awwissu 2001, Boultif vs L-Isvizzera, CE:ECHR:2001:0802JUD005427300, u tat-18 ta’ Ottubru 2006, Üner vs Il-Pajjiżi l-Baxxi, CE:ECHR:2006:1018JUD004641099, bejn l-interessi tal-membru tal-familja kkonċernat sabiex jeżerċita fil-Pajjiżi l-Baxxi d-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, minn naħa, u l-interess tal-Istat Olandiż fil-protezzjoni tal-ordni pubbliku, min-naħa l-oħra?


( 1 ) Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224).