201807200082013502018/C 276/363712018CJC27620180806MT01MTINFO_JUDICIAL20180606272822

Kawża C-371/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (ir-Renju Unit) fis-6 ta’ Ġunju 2018 – Sky plc, Sky International AG, Sky UK Limited vs Skykick UK Limited, Skykick Inc


C2762018MT2720120180606MT0036272282

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (ir-Renju Unit) fis-6 ta’ Ġunju 2018 – Sky plc, Sky International AG, Sky UK Limited vs Skykick UK Limited, Skykick Inc

(Kawża C-371/18)

2018/C 276/36Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sky plc, Sky International AG, Sky UK Limited

Konvenuti: Skykick UK Limited, Skykick Inc

Domandi preliminari

1)

Trade mark tal-Unjoni Ewropea jew trade mark nazzjonali rreġistrata fi Stat Membru tista’ tiġi totalment jew parzjalment iddikjarata invalida minħabba li xi wħud mill-kliem fl-ispeċifikazzjoni tal-prodoti u tas-servizzi jew il-kliem kollha ma humiex suffiċjentement ċari u preċiżi sabiex l-awtoritajiet kompetenti u t-terzi jkunu jistgħu jiddeterminaw unikament fuq il-bażi ta’ dawn il-kliem il-portata tal-protezzjoni mogħtija mit-trade mark?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, kliem bħal “softwer tal-kompjuter” huwa ġenerali wisq u jkopri prodotti li huma varji wisq sabiex ikun kompatibbli mal-funzjoni tat-trade mark bħala indikazzjoni tal-oriġini sabiex dawn il-kliem ikunu suffiċjentement ċari u preċiżi sabiex jippemettu lill-awtoritajiet kompetenti u lil terzi jiddeterminaw unikament fuq il-bażi ta’ dawn il-kliem il-portata tal-protezzjoni mogħtija mit-trade mark?

3)

Is-sempliċi applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark mingħajr ebda intenzjoni li din tintuża fir-rigward tal-prodotti jew tas-servizzi speċifikati tikkostitwixxi mala fide?

4)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda, jista’ jiġi konkluż li l-applikant ippreżenta l-applikazzjoni parzjalment f’bona fide u parzjalment f’mala fide jekk u sa fejn l-applikant kellu l-intenzjoni li juża t-trade mark fir-rigward ta’ xi wħud mill-prodotti u mis-servizzi speċifikati, iżda ma kellu l-ebda intenzjoni li juża t-trade mark fir-rigward ta’ prodotti jew ta’ servizzi speċifikati oħra?

5)

It-Taqsima 32(3) tal-UK Trade Marks Act 1994 hija kompatibbli mad-Direttiva 2015/2436/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u mal- predeċessuri tagħha?


( 1 ) Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU 2015, L 336, p. 1, rettifika fil-ĠU 2016, L 110, p. 5).