17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Ġunju 2018 – Cargill Deutschland GmbH vs Hauptzollamt Krefeld

(Kawża C-360/18)

(2018/C 328/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cargill Deutschland GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Krefeld

Domanda preliminari

Ir-rimbors tal-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor, li għandhom jiġu kkalkolati mill-ġdid skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1360/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2001/2002, 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005 u 2005/2006, il-koeffiċjent meħtieġ għall-kalkolu tal-imposta addizzjonali għas-snin tas-suq 2001/2002 u 2004/2005 u l-ammont li għandu jitħallas mill-manifatturi taz-zokkor lill-bejjiegħa tal-pitravi fir-rigward tad-differenza bejn l-imposta massima u l-imposta li għandha titħallas għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004 u 2005/2006 (1), għandu jsir konformement mad-dritt nazzjonali u, b’mod partikolari, billi jiġu applikati r-regoli ta’ preskrizzjoni previsti minn dan ir-regolament, b’osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u effettività?


(1)  ĠU 2013, L 343, p. 2.