201808030392050162018/C 294/223442018CJC29420180820MT01MTINFO_JUDICIAL20180525161722

Kawża C-344/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Gent (il-Belġju) fil-25 ta’ Mejju 2018 – ISS Facility Services NV v Sonia Govaerts, Euroclean NV


C2942018MT1620120180525MT0022162172

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Gent (il-Belġju) fil-25 ta’ Mejju 2018 – ISS Facility Services NV v Sonia Govaerts, Euroclean NV

(Kawża C-344/18)

2018/C 294/22Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Arbeidshof te Gent

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: ISS Facility Services NV

Konvenuti: Sonia Govaerts, Euroclean NV

Domanda preliminari

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE ( 1 ) tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-każ ta’ trasferiment simultanju ta’ diversi partijiet ta’ impriża fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-direttiva, lil diversi ċessjonarji, id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ xogħol, li jeżistu fid-data tat-trasferiment, ta’ ħaddiem li kien impjegat f’kull waħda mill-partijiet ittrasferiti, huma ttrasferiti lil kull wieħed miċ-ċessjonarji, madankollu proporzjonalment mal-firxa tal-impjieg tal-ħaddiem inkwistjoni fil-parti tal-impriża akkwistata minn kull wieħed miċ-ċessjonarji,

jew fis-sens li d-drittijiet u l-obbligi msemmija iktar ’il fuq huma ttrasferiti sħaħ liċ-ċessjonarju li akkwista l-parti tal-impriża li fiha l-ħaddiem inkwistjoni kien impjegat prinċipalment,

jew ukoll fis-sens li, jekk id-dispożizzjonijiet tad-direttiva ma jistgħux jiġu interpretati b’ebda mill-modi msemmija iktar ’il fuq, ma hemm trasferiment ta’ drittijiet u obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ xogħol tal-ħaddiem inkwistjoni lil ebda miċ-ċessjonarji, liema fatt huwa l-istess fil-każ meta ma jkunx possibbli li tiġi ddeterminata separatament il-firxa tal-impjieg tal-ħaddiem f’kull waħda mill-partijiet ittrasferiti mill-impriża?


( 1 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98.