201807270532025282018/C 285/383332018CJC28520180813MT01MTINFO_JUDICIAL20180523232311

Kawża C-333/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-23 ta’ Mejju 2018 – Lombardi Srl vs Comune di Auletta et


C2852018MT2310120180523MT0038231231

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-23 ta’ Mejju 2018 – Lombardi Srl vs Comune di Auletta et

(Kawża C-333/18)

2018/C 285/38Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lombardi Srl

Konvenuti: Comune di Auletta, Delta Lavori SpA, Msm Ingegneria Srl

Domandi preliminari

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi ( 1 ), kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 ( 2 ), jistgħu jiġu interpretati fis-sens li, meta diversi impriżi jkunu pparteċipaw fil-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt u li dawn ma jkunux partijiet fil-kawża (u li, f’kull każ, l-offerti ta’ xi wħud minnhom ma kinux is-suġġett ta’ rikors), jista’ jiġi fdat lill-qorti, abbażi tal-awtonomija proċedurali rrikonoxxuta lill-Istati Membri, l-inkarigu li tivverifika n-natura konkreta tal-interess invokat, fir-rikors prinċipali, mill-offerent li jkun il-konvenut f’rikors inċidentali għall-esklużjoni meqjus fondat, billi għal dan il-għan jintużaw l-istrumenti proċedurali previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, liema ħaġa tirrendi l-protezzjoni mogħtija lil din is-sitwazzjoni suġġettiva konformi mal-prinċipji stabbiliti tad-dritt intern li huma l-prinċipju li s-suġġett ta’ kawża jiġi delimitat mill-partijiet (Artikolu 112 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), l-oneru tal-prova (Artikolu 2697 tal-Kodiċi Ċivili) u l-limiti suġġettivi tal-awtorità ta’ res judicata li tinħoloq biss bejn il-partijiet u li ma tistax tolqot is-sitwazzjoni tal-persuni esterni għat-tilwima (Artikolu 2909 tal-Kodiċi Ċivili)?


( 1 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246

( 2 ) Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi (ĠU 2007, L 335, p. 31).