201807270372024552018/C 285/373322018CJC28520180813MT01MTINFO_JUDICIAL20180521222321

Kawża C-332/18 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2018 minn Mytilinaios Anonymos Etairia – Omilos Epicheiriseon mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-13 ta’ Marzu 2018 fil-Kawża T-542/11 RENV, Alouminion tis Ellados VEAE vs Il-Kummissjoni Ewropea


C2852018MT2210120180521MT0037221232

Appell ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2018 minn Mytilinaios Anonymos Etairia – Omilos Epicheiriseon mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-13 ta’ Marzu 2018 fil-Kawża T-542/11 RENV, Alouminion tis Ellados VEAE vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-332/18 P)

2018/C 285/37Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellant: Mytilinaios Anonymos Etairia – Omilos Epicheiriseon (Rappreżentanti: N. Korogiannakis, N. Keramidas, E. Chrysafis u D. Diakopoulos, dichigoroi, u K. Struckmann, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI)

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Marzu fil-Kawża Τ-542/11 RENV (ECLI:EU:T:2018:132);

taqta’ l-kawża hija nnifisha;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2011; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tal-appellant fir-rigward tal-proċeduri kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Żbalji ta’ liġi u żnaturament tal-fatti fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali dwar jekk il-miżura inkwistjoni kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, u b’mod partikolari dwar jekk il-miżura kinitx tikkostitwixxi vantaġġ, dwar l-evalwazzjoni tal-vantaġġ, dwar ir-rifjut li teżamina l-kwistjoni ta’ ġustifikazzjoni ekonomika, u dwar l-applikazzjoni korretta tal-oneru tal-prova peress li r-Repubblika Ellenika ma ressqet ebda argumenti bħal dawn matul il-proċedura amministrattiva, u żball ta’ liġi fir-rigward tat-trattament tal-argumenti tal-appellant dwar il-“kriterju ta’ investitur privat”.

2.

Żball ta’ liġi fir-rigward tal-evalwazzjoni tas-selettività tal-vantaġġ.

3.

Żbalji ta’ liġi u żnaturament tas-sens ċar tal-evidenza fir-rigward tal-effetti tal-miżura inkwistjoni fuq il-kummerċ u fuq il-kompetizzjoni.