201807130242004412018/C 268/323172018CJC26820180730MT01MTINFO_JUDICIAL20180514262611

Kawża C-317/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca de Faro (il-Portugall) fl-14 ta’ Mejju 2018 – Cátia Correia Moreira vs Município de Portimão


C2682018MT2610120180514MT0032261261

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca de Faro (il-Portugall) fl-14 ta’ Mejju 2018 – Cátia Correia Moreira vs Município de Portimão

(Kawża C-317/18)

2018/C 268/32Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca de Faro

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cátia Correia Moreira

Konvenut: Município de Portimão

Domandi preliminari

a)

Ġaladarba t-terminu “impjegat” jinkludi kwalunkwe persuna li, fl-Istat Membru rispettiv tagħha, hija protetta bħala impjegata mil-leġiżlazzjoni industrijali nazzjonali, il-persuna li jkollha kuntratt ta’ provvista ta’ servizz mal-persuna li tagħmel it-trasferiment għandha titqies bħala impjegata fis-sens tal-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE ( 1 ) tat-12 ta’ Marzu 2001 u tibbenefika mill-protezzjoni mogħtija mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni?

b)

Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, b’mod speċifiku l-imsemmija Direttiva 2001/23/KE, flimkien mal-Artikolu 4(2) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, anki fil-każ ta’ trasferiment kopert mill-imsemmija direttiva, tkun timponi li l-impjegati jissuġġettaw lilhom infushom neċessarjament għal kompetizzjoni pubblika u jsiru suġġetti għal kuntratt ġdid mal-persuna li lilha jsir it-trasferiment fejn din tkun awtorità muniċipali?


( 1 ) Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, VoL. 4, p. 98).