201806220091970342018/C 240/323062018CJC24020180709MT01MTINFO_JUDICIAL20180507292911

Kawża C-306/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Ostravě (Ir-Repubblika Ċeka) fis-7 ta’ Mejju 2018 – KORADO, a.s. vs Generální ředitelství cel


C2402018MT2910120180507MT0032291291

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Ostravě (Ir-Repubblika Ċeka) fis-7 ta’ Mejju 2018 – KORADO, a.s. vs Generální ředitelství cel

(Kawża C-306/18)

2018/C 240/32Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Krajský soud v Ostravě — pobočka v Olomouci

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: KORADO, a.s.

Konvenut: Generální ředitelství cel

Domandi preliminari

1)

Huwa validu r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/23 ( 1 ) tal-5 ta’ Jannar 2015, safejn dan jikklassifika l-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 tal-anness taħt is-subintestatura 7 307 93 19 NM?

2)

Jekk l-imsemmi regolament ma huwiex validu, l-oġġetti kkonċernati jistgħu jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura 7 322 19 00 NM?

3)

Jekk l-imsemmi regolament ma huwa validu, l-oġġetti kkonċernati għandhom jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura 7 307 93 19 NC?


( 1 ) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/23 tal-5 ta’ Jannar 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 4, 8.1.2015, p. 15)