201807130342004012018/C 268/283052018CJC26820180730MT01MTINFO_JUDICIAL20180504222321

Kawża C-305/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-4 ta’ Mejju 2018 – Associazione “Verdi Ambiente e Società – Aps Onlus”et vs Presidenza del Consiglio dei Ministri et


C2682018MT2210120180504MT0028221232

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-4 ta’ Mejju 2018 – Associazione “Verdi Ambiente e Società – Aps Onlus”et vs Presidenza del Consiglio dei Ministri et

(Kawża C-305/18)

2018/C 268/28Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Associazione “Verdi Ambiente e Società – Aps Onlus”, VAS – Aps Onlus, Associazione di Promozione Sociale “Movimento Legge Rifiuti Zero per l’Economia Circolare”

Konvenuti: Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Regione Lazio, Regione Toscana, Regione Lombardia

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 4 u 13 tad-Direttiva 2008/98/KE ( 1 ), moqrija flimkien mal-“premessi” 6, 8, 28 u 31, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali primarja u l-leġiżlazzjoni sekondarja ta’ implimentazzjoni relatata magħha – bħall-Artikolu 35(1) tad-Digriet-Liġi Nru 133/2014, kif maqlub f’liġi permezz tal-Liġi Nru 164/2014, u d-D.P.K.M. (id-Digriet tal-President tal-Kunsill tal-Ministri) tal-10.8.2016, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Taljana Nru 233 tal-5.10.2016 – sa fejn biss l-impjanti ta’ inċinerazzjoni koperti minnhom, skont l-indikazzjonijiet tal-annessi u tat-tabelli li jinsabu fid-D.P.K.M., huma kklassifikati bħala infrastrutturi u installazzjonijiet strateġiċi ta’ interess nazzjonali preeminenti, li jistabbilixxu sistema integrata u moderna ta’ mmaniġġar ta’ skart muniċipali u ta’ skart simili u li jiggarantixxu s-sigurtà nazzjonali fl-awtosuffiċjenza, peress li klassifikazzjoni simili ma ġietx irrikonoxxuta wkoll mil-leġiżlatur nazzjonali fir-rigward tal-impjanti intiżi għat-trattament tal-iskart għal finijiet ta’ riċiklaġġ u ta’ użu mill-ġdid, anki jekk dawn iż-żewġ metodi huma preeminenti fil-ġerarkija tal-iskart prevista mid-Direttiva inkwistjoni?

Sussidjarjament, fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel parti tad-domanda, l-Artikoli 4 u 13 tad-Direttiva 2008/98/KE jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali primarja u l-leġiżlazzjoni sekondarja ta’ implimentazzjoni relatata magħha – bħall-Artikolu 35(1) tad-Digriet-Liġi Nru 133/2014, kif maqlub f’liġi permezz tal-Liġi Nru 164/2014, u d-D.P.K.M. tal-10.8.2016, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Taljana Nru 233 tal-5.10.2016 – sa fejn l-impjanti ta’ inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali huma kklassifikati bħala infrastrutturi u installazzjonijiet strateġiċi ta’ interess nazzjonali preeminenti, bil-għan li jiġu ssuperati u evitati proċeduri ta’ ksur sussegwenti minħabba nuqqas ta’ implimentazzjoni tar-regoli Ewropej tas-settur, kif ukoll bil-għan li jiġi limitat ir-rimi tal-iskart fir-radam?

2)

L-Artikoli 2, 3, 4, 6, 7, 8, 9, 10, 11 u 12 tad-Direttiva 2001/42/KE ( 2 ), anki moqrija flimkien, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali primarja u tal-leġiżlazzjoni sekondarja ta’ implimentazzjoni relatata magħha – bħall-Artikolu 35(1) tad-Digriet-Liġi Nru 133/2014, kif maqlub f’liġi permezz tal-Liġi Nru 164/2014, u d-D.P.K.M. tal-10.8.2016, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Taljana Nru 233 tal-5.10.2016 – li tipprevedi li l-President tal-Kunsill tal-Ministri jista’, permezz ta’ digriet tiegħu stess, iżid il-kapaċità tal-impjanti ta’ inċinerazzjoni eżistenti u jiddetermina n-numru, il-kapaċità u l-lokalizzazzjoni reġjonali tal-impjanti ta’ inċinerazzjoni bil-kapaċità li jirkupraw enerġija mill-iskart muniċipali u simili li għandhom jinbnew sabiex tiġi koperta l-ħtieġa residwali ddeterminata, bil-għan ta’ bilanċ mill-ġdid soċjoekonomiku progressiv bejn iż-żoni fit-territorju nazzjonali u b’osservanza tal-għanijiet ta’ ġbir separat u ta’ riċiklaġġ, mingħajr ma din il-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi li, fil-fażi ta’ preparazzjoni ta’ dan il-pjan li jirriżulta mid-digriet tal-President tal-Kunsill tal-Ministri, jiġu applikati r-regoli dwar l-evalwazzjoni ambjentali strateġika hekk kif previsti minn din id-Direttiva 2001/42/KE?


( 1 ) Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, p. 3).

( 2 ) Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157).