28.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fid-9 ta’ Marzu 2018 – Oro Efectivo S.L. vs Diputación Foral de Bizkaia

(Kawża C-185/18)

(2018/C 182/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Oro Efectivo S.L.

Konvenut: Diputación Foral de Bizkaia

Domanda preliminari

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u l-prinċipju ta’ newtralità fiskali li jirriżulta minn din id-direttiva, kif ukoll il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li tinterpretaha, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li Stat Membru jista’ jeżiġi l-ħlas ta’ taxxa indiretta separata mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) mingħand imprenditur jew mingħand professjonist għax-xiri mingħand persuna privata ta’ proprjetà mobbli (speċifikament, deheb, fidda u ġojjellerija) meta:

1)

l-oġġett mixtri ser jintuża, permezz tal-ipproċessar u tat-trasferiment ulterjuri tiegħu, għall-attività ekonomika nnifisha tal-imsemmi imprenditur.

2)

fil-kuntest tal-introduzzjoni mill-ġdid fil-kummerċ tal-oġġett mixtri, ser jitwettqu tranżazzjonijiet suġġetti għall-VAT, u meta

3)

il-leġiżlazzjoni applikabbli f’dan l-istess Stat ma tippermettix li l-imprenditur jew il-professjonist jnaqqas, fil-kuntest ta’ dawn it-tranżazzjonijiet, l-ammont imħallas abbażi ta’ din it-taxxa fil-kuntest tal-ewwel waħda mill-imsemmija xirjiet?


(1)  ĠU 2006 L 347, p. 1.