4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (ir-Renju Unit) fil-5 ta’ Marzu 2018 – Safeway Ltd vs Andrew Richard Newton, Safeway Pension Trustees Ltd

(Kawża C-171/18)

(2018/C 190/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Safeway Ltd

Konvenuti: Andrew Richard Newton, Safeway Pension Trustees Ltd

Domanda preliminari

Meta r-regoli ta’ skema tal-pensjoni jagħtu s-setgħa, fil-kuntest tad-dritt nazzjonali, permezz ta’ emenda tal-att li jikkostitwixxi l-iskema bħala trust, sabiex jitnaqqas retroattivament il-valur tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba kemm tal-ħaddiema rġiel kif ukoll tan-nisa għal perijodu bejn id-data tal-komunikazzjoni bil-miktub tat-tibdil previst fl-iskema u d-data ta’ meta l-att li jikkostitwixxi l-iskema bħala trust effettivament jiġi emendat, l-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (li qabel kien u li kien fil-mument tal-fatti l-Artikolu 119 tat-Trattat ta’ Ruma) jeħtieġ li d-drittijiet għall-pensjoni miksuba kemm tal-ħaddiema rġiel kif ukoll tan-nisa għandhom jitqiesu għal dan il-perijodu bħala irrevokabbli, fis-sens li d-drittijiet għall-pensjoni tagħhom huma protetti minn tnaqqis retroattiv b’riżultat tas-setgħa mogħtija mid-dritt nazzjonali?