23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-25 ta’ Jannar 2018 – Caseificio Sociale San Rocco Soc. coop. arl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

(Kawża C-46/18)

(2018/C 142/38)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Caseificio Sociale San Rocco Soc. coop. arl, S.s. Franco e Maurizio Artuso, Sebastiano Bolzon, Claudio Matteazzi, Roberto Tellatin

Konvenuti: Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

Domandi preliminari

1)

F’sitwazzjoni bħal dik deskritta u li hija s-suġġett tal-kawża fuq il-mertu, id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-inkompatibbiltà ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva ta’ Stat Membru mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nrul-ineżistenza tal-obbligu tal-produtturi li jħallsu taxxa addizzjonali, jekk il-kundizzjonijiet previsti mill-imsemmi regolament jiġu sodisfatti?

2)

F’sitwazzjoni bħal dik deskritta u li hija s-suġġett tal-kawża fuq il-mertu, id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ġenerali tal-aspettativi leġittimi, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-aspettattvi ta’ persuni li jkunu osservaw obbligu impost minn Stat Membru, u li jkunu bbenefikaw mill-effetti relatati mal-osservanza ta’ dan l-obbligu, ma jgawdux minn din il-protezzjoni meta l-imsemmi obbligu jirriżulta li jmur kontra d-dritt tal-Unjoni?

3)

F’sitwazzjoni bħal dik deskritta u li hija s-suġġett tal-kawża fuq il-mertu, l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1392/2001 (1) u l-kunċett ta’ “kategorija ta’ prijorità” fid-dritt tal-Unjoni jipprekludi dispożizzjoni ta’ Stat Membru li, għall-Artikolu 2(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 157/2004, adottat mir-Repubblika Taljana, jipprevedi modalitajiet iddiferenzjati ta’ rimbors tat-taxxa addizzjonali impost b’mod eċċessiv, billi jiddistingwi, għall-finijiet ta’ skaletta u ta’ modalitajiet ta’ rimbors, bejn il-produtturi li jkunu qiesu lilhom infushom vinkolati minn dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tirriżulta kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni u dawk il-produtturi li ma jkunux osservaw din id-dispożizzjoni?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1392/2001 tad-9 ta’ Lulju 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 li jistabbilixxi imposta addizzjonali fuq il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 33, p. 104).